Anzjan ta’ 60 sena tniżżel minn fuq ajruplan li kien ġej lejn pajjiżna abbord ajruplan li telaq mill-Ajruport ta’ Fontanarossa, f’Katanja.
Jirriżulta li r-raġel, qabel tela’ fuq l-ajruplan, seraq ġakketta tad-ditta minn toilet fl-istess ajruport. Kien hawn li l-vittma għamel rapport lill-Pulizija.
L-investigaturi, f’temp ta’ ftit ħin, sabu lir-raġel wara li analizzaw il-kameras tas-sigurta u skoprew l-ajruplan li tela’ fuqu.
Ir-raġel tressaq quddiem it-Tribunal ta’ Katanja, akkużat b’dan ir-reat.
//= $special ?>

