Lokali

L-ebda raid fl-Uffiċċju ta’ Schembri fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Is-sit LovinMalta dalgħodu qed jirrapporta kif il-Pulizija għadhom ma għamlu l-ebda tfittxija fl-uffiċċju li kien juża Keith Schembri fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista – uffiċċju li kien juża Schembri waqt il-kampanji elettoali. Dan wara li fl-aħħar jiem sar magħruf illi biex sar ir-raid f’Kastilja kellhom jgħaddu ġimgħa u nofs qabel daħlu l-Pulizija.

L-eks Chief of Staff ta’ Muscat kien arrestat għall-ewwel darba fis-27 ta’ Novembru, kważi xahar ilu. Illum, Keith Schembri għadu liberu, u hu qed jiċħad kull forma ta’ akkużi li qed jorbtuh mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Din il-ġimgħa fil-Qorti, l-Ispettur Keith Arnaud sostna taħt ġurament illi lilhom bħala Pulizija “żelqulhom ħafna affarijiet” waqt l-investigazzjoni, filwaqt li rrefera għal numru ta’ truf li għadhom mhux iċċarati.

Keith Arnaud