Lokali Qorti

L-imprenditur Żaren Vassallo mhux ħati ta’ ġurament falz u dokumenti foloz

Fil-Qorti, l-imprenditur Żaren Vassallo nħeles mill-akkużi dwar ġurmanet falz u li preżenta dokumenti foloz – każ li jmur lura għas-sena 2014.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fid-deċiżjoni tagħha kkonkludiet li mhux biss l-akkużi ma ġewx ippruvati, imma wkoll li Vassallo ma seta’ qatt jitressaq bil-każ.

Fil-Qorti ġiet ippreżentata wkoll xhieda li l-grupp li jmexxi kellu fil-pussess tiegħu dokumenti li juru li l-akkużi kontra Żaren Vassallo kienu iffabbrikati.

L-akkużi tressqu wara li Joseph Vella, sid il-kumpanija Avantgarde Limited, allega li Vassallo kellu jtih iktar minn €200,000 għal xogħol li għamel.