Sport

L-istatwa ta’ Zlatan Ibrahimovic titqaċċtilha mneħirha minn vandali

L-istatwa ta’ Zlatan Ibrahimovic spiċċat bi mneħirha mqaċċat minn vandali barra l-grawnd ta’ Malmo, fl-Isvezja. Dan kien l-aħħar att ta’ vandaliżnu fuq din l-istatwa minn mindu ħarġet l-aħbar li l-eks internazzjonali Svediż investi fi klabb rivali x-xahar li għadda,

Ibrahimovic ta’ 38 sena, kien għamel id-debutt professjonali tiegħu ma’ Malmo 20 sena ilu. L-artist tal-istatwa magħmulha mill-magħruf Peter Linde għamel appell lill-pubbliku biex jieqaf dan il-vandaliżmu bla sens.

L-eks stilla ta’ Ajax, Juventus, Inter, Barcelona, AC Milan, Paris St-Germain u Manchester United bħalissa qed ifittex tim ieħor wara li ħalla lill-klabb Amerikan ta’ LA Galaxy fi tmiem il-kampjonat MLS. Fis-27 ta’ Novembru tħabbar li huwa kien xtara 25% mill-isħma ta’ Hammarby, li din is-sena spiċċaw fit-tielet post tal-kampjonat Svediż.

Fl-istess ġurnata, l-istruttura tal-bronż, li hija għolja 3.5 metri, kkummissjonata mill-FA Sveidiża, u inawgurtata fid-9 ta’ Ottubru, kienet twaddbet fuqha ż-żebgħa, ġiet mogħtija n-nar u tpoġġa sedil tat-twaletta (‘tiolet seat’) fi driegħ l-istatwa. Id-dar ta’ Ibrahimovic fi Stokkolma kienet ukoll ġiet vandaliżżata, bi kliem ‘Judas’ miżbugħ mal-bieb ta’ barra.