Internazzjonali

Renju Unit: Il-Prinċep Philip ħareġ mill-isptar

Il-Prinċep Philip tal-Ingilterra ħareġ mill-isptar u se jqatta Jum il-Milied flimkien mar-Reġina Eliżabetta fil-Palazz ta’ Sandringham.

Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, kien ittieħed l-isptar f’Londra nhar il-Ġimgħa fuq il-pariri tat-tobba, iżda l-aħħar rapporti qalu li hu, issa, qiegħed jipprepara għall-festi f’Sandringham, li jinsab fl-inħawi ta’ Norfolk.

Il-Prinċep, li għandu 98 sena, bagħat messaġġ biex jirringrazzja lil kulmin xtaqlu fejqan ta’ malajr waqt li awgura Milied ħieni lil kulħadd.

Dan meta l-poplu Britanniku qiegħed jistenna l-messaġġ tradizzjonali tal-Milied mingħand ir-Reġina Eliżabetta u fejn hi, fost oħrajn, mistennija titkellem dwar sena diffiċli ħafna għall-Familja Rjali.