Lokali

Ta’ erba’ snin tagħmel il-priedka tal-Milied

Ylenia hi tifla ta’ erba’ snin li minkejja li għadha pjuttost żgħira, xorta waħda rnexxielha titgħallem il-priedka tal-Milied … u dan f’xahar biss!

Net News iltaqa’ magħha fejn qaltilna kif qed tħossha ftit sigħat qabel tagħmel il-priedka.C

Ylenia qaltilna li damet ħafna tipprepara għal din il-priedka ma’ ommha u missierha, priedka li għamlitha għall-ewwel darba waqt serata tal-iskola u se tkun qed tagħmilha mill-ġdid waqt quddiesa flimkien ma’ tifel ieħor.

Net News tkellem ukoll ma’ omm Ylenia, Fabrizia Hili li kkonfermat li l-priedka kienet tirrekjedi ħafna xogħol.

Iżda dan ma jwaqqafihix milli tkun kburija li bintha rnexxielha tagħmilha sal-aħħar.

Il-priedka ta’ Ylenia Hili u ċ-ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-Milied se jixxandru live fuq Net Television. Ix-xandira, mingħand is-sorijiet ta’ San Franġisk Tas-Sliema, tibda fil-11.30 ta’ filgħaxija.