Lokali

VOX POP: Kif se tqatta’ l-Milied?

Ferħ, paċi, u għaqda. Dan kien is-sens li f’dawn il-jiem wieħed iħoss madwar Malta waqt li diversi persuni għamlu l-aħħar xiri tal-Milied jew ħarġu jgawdu l-vaganzi tal-festi ma’ qraba u ħbieb.

Iżda l-Maltin kif se jqattgħu l-jum tal-Milied?

Mhux il-Maltin biss se jkunu qed iqattgħu l-Milied ġewwa pajjiżna … fil-fatt, diversi turisti jinsabu f’pajjiżna għal klima daqsxejn iżjed sħuna minn pajjiżi Ewropew oħra.

Il-Milied iġib miegħu ħafna ferħ u għaqda għal diversi persuni, iżda sfortunatament għal oħrajn dan ifisser weġa’ hekk kif xi ħadd qrib tagħhom ikun ħallihom f’dawn iż-żminijiet.