Sport Sport Ieħor

Yates mhux se jipparteċipa fit-Tour de France tal-2020

(Ritratt: EPA)

Simon Yates mhux se jipparteċipa fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla tat-Tour de France, hekk kif minflok se jagħżel li jagħti prijorità lil Giro d’Italia u l-Olimpjadi. Yates rebaħ il-flokk l-abjad sentejn ilu u rebaħ żewġ stadji fl-aħħar edizzjoni.

Iżda ċ-ċiklist ta’ 27 sena li rebaħ La Vuelta s-sena l-oħra, jemmen li l-kalendarju tal-2020 ma jtihx ċans tajjeb li jirbaħ it-Tour de France u għalhekk minflok se jikkompeti fl-Italja u Tokyo.

“Id-deċiżjoni li naqbeż it-Tour, li ħadt gost din is-sena għaliex hi tellieqa tajba, imma l-mod kif inhi l-iskeda tat-tellieqa, hi aħjar għalija li nikkompeti fil-Giro u nipprepara għall-Olimpjadi. Ma tantx hemm żmien bejn it-Tour de France u l-Olimpjadi u għalhekk naħseb li personalment hi l-aħjar mod,” qal Yates. Il-Britanniku fl-2018 kien fil-kmand tal-Giro d’Italia għal 13-il stadju iżda temm biss fit-tmien post.