Lokali

89 persuna mħarrka waqt spezzjonijiet tul il-lejl li għadda

89 persuna ġew imħarrka waqt spezzjonijiet li saru mill-Pulizija tul il-lejl ta’ lejlet il-Milied.

Fost il-kontravenzjoniijet tat-traffiku kien hemm sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew droga, sewqan mingħajr liċenzja valida, sewqan mingħajr polza ta’ assigurazzjoni, sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, sewqan b’veloċità eċċessiva, dwal mhux skond il-liġi, użu ta’ telefon ċellulari waqt is-sewqan, liċenzja tal-vettura mhux valida, vettura kummerċjali li ma kelliex fire extinguisher, u sewwieqa jpejpu fil-preżenza ta’ minuri Dan fost diversi ksur ta’ regolamenti oħra.

Il-Pulizija tatx il-figuri speċifiċi għal kull ksur ta’ regolamenti differenti, iżda tat in-numru fit-totalità tagħhom li kważi laħaq id-90 multa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fl-ispezzjonijiet instabu 3 persuni fil-pussess tad-droga.

L-ispezzjonijiet saru minn membri mis-sezzjoni tat-Traffiku flimkien mal-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Klieb, imwettqin f’diversi lokalitajiet madwar Malta, fosthom fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, iż-Żejtun, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, il-Furjana, Birkirkara, San Ġiljan, is-Swieqi, ir-Rabat, Ħal Luqa, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħal Qormi, u Ħaż-Żabbar.