Internazzjonali

“Alla jħobb lill-kulħadd” – Papa Franġisku

“Alla jħobb lil kulħadd…. anke l-għar wieħed minna”.

Dan kien il-messaġġ tar-Ragħaj tal-komuntajiiet Nsara kollha tad-dina.

Papa Franġisku kien qed jindirizza lill-eluf ta’ pellegrini li nġabru fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-belt tal-Vatikan, f’lejliet il-Milied.

“Jista jkun li għandek ideat żbaljati. Jista jkun li għamilt żbalji ħoxnin, imma l-Mulej jibqa’ jħobbok”.

Uħud interpretaw dan il-messaġġ bħala wieħed li qed jirreferi għall-iskandli fi ħdan il-Knisja, fosthom dawk dwar abbużi sesswali.

Intant f’nofsinhar, il-Papa Arġentin reġa’ indirizza l-komunitajiet Insara mill-gallarija tal-Vatikan fl-Urbi et Orbi tradizzjonali tal-Milied.

ll-Papa talab biex jirtabu l-qlub iebsa biex tgħin fit-tmiem tal-inġustizzja fid-dinja, fil-messaġġ tiegħu f’Jum il-Milied.

Mill-gallarija tal-Vatikan, il-Papa Franġisku tkellem dwar “ħitan ta’ indifferenza” li qed iwaqqfu nies milli joħorġi mit-tbatija li jinsabu fiha.

Il-Papa talab ukoll għal dawk milquta minn kunflitti, diżastri naturali u mard, li jelenka diversi pajjiżi.

Huwa nnota partijiet tal-Afrika fejn kienu nqatlu Kristjani.

Meta kellem lill-eluf miġbura fi Pjazza San Pietru f’Jum il-Milied, il-Papa awgura serenità u paċi lil dawk li huma ppersegwitati miħabba l-fidi tagħhom, speċjalment lill-missjunarji u l-membri tal-fidili li nħatfu, u lill-vittmi ta ‘attakki minn gruppi estremisti. , partikolarment fil-Burkina Faso, il-Mali, in-Niġer u n-Niġerja .

Ikkummenta