Lokali

Joseph Muscat jintlemaħ f’Bethlehem

Apparti r-rigal m’għand Yorgen Fenech li Joseph Muscat żamm sigriet, il-Prim Ministru għamel l-istess bi żjara li kellu f’Israel fl-aħħar siegħat.

Skont informazzjoni li kiseb Net News, Joseph Muscat u grupp ta’ 13-il persuna oħra li s’issa isimhom mhux magħrufa kollha, lejliet il-Milied telqu bi Private Jet lejn Tel Aviv u f’inqas minn 24 siegħa ġew lura Malta… fil-ġurnata tal-Milied.

Jidher li ma’ Muscat telgħet Michelle Muscat u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela flimkien mal-mara tiegħu fost aktar persuni mhux magħrufa.

L-istqarrija uffiċjali ħarġet minn Kastilja sigħat wara li Net News żvela din l-aħbar fejn pero minbarra l-Ministru Abela, imkien ma jissemmew l-ammont ta’ nies li telgħu mal-Prim Ministru f’Bethlehem jew min kienu.

Din iż-żjara tiġi ftit jiem biss minn meta Muscat mar fuq żjara oħra… żjara li inizzjalment kellha tkun waħda uffiċjali iżda li mbagħad saret waħda privata fejn iltaqa’ mal-Papa Franġisku.