Il-quddies ta’ nofs il-lejl bil-priedka tat-tfal, is-siġra tal-Milied bir-rigali taħtha, il-presepji armati, it-twieqi mzejna bid-dwal, l-imbuljuta u l-qagħaq tal-għasel… Kollha tradizzjonijiet li huma parti mill-festa tal-Milied kif imdorrijin niċċelebrawh f’pajjiżna.
Iżda pajjiżi oħra kif jiċċelebraw il-Milied u xi tradizzjoniiiet għandhom marbuta ma’ din il-festa Nisranija?
Għalkemm il-Milied huwa ċ-ċelebrazzjoni tat-twelid tal-Messija għal dawk kollha bi twemmin Nisrani, din il-festi infirxet anke fost dawk li ma jħaddnux din ir-reliġjon, u minbarra l-karattru ta’ Santa Klaws, il-karattru marbut mal-milied iżda li oriġinarjament kien jirrapprezenta lil San Nikola…diversi pajjiżi għandhom karattri oħra marbuta mal-Milied.
Krampus huwa karattru li joħroġ f’dawn il-jiem fl-Awstrija. Dan huwa kreatura tal-biża u l-leġġenda tgħid li huwa joħroġ jiġġerra fit-toroq fil-jiem ta’ qabel il-Milied biex jaqbad lit-tfal imqarbin.
L-Iżlanda mbagħad għandhom il-Qattus tal-Milied. Dan il-qattus huwa karrattru fittizju …. qattus kbir ħafna li jiġri fis-silġ fil-jiem ta’ Diċembru. Tradizzjonalment kien jingħad li l-imgħallmin kienu jgħidu lill-ħaddiema tagħhom li min jaħdem b’ħiltu kollha jaqla ħwejjeġ ġodda filaqt li min ma jagħmilx dan, jinbela minn dan il-qattus ġgantesk. Għal ħafna snin issa, fl-Izlanda hemm it-tradizzjoni li jinxtraw il-ħwejjeġ f’dawn iż-żminijiet.
Intant pajjiżi differenti għandhom ukoll drawwiet differenti…
F’Caracas, il-Venezuela, id-drawwa hi li nhar il-Milied, kulħadd imur għall-quddiesa bir-roller skates… tant li t-toroq tal-belt jingħalqu għat-traffiku sa minn kmienii filgħodu….u t-tfal, lejliet il-Milied, jorqdu b’lazz tal-iskates marbut ma’ subgħajhom żgħir ta’ saqajhom u l-lazz l-ieħor imdendel barra mit-tieqa..sabiex filgħodu l-ħbieb tagħhom iqajmuhom billi jiġbudlhom il-lazz.
U l-Ukrajna, forsi b’waħda mill-aktar tradizzjonijiet strambi…u x’akatar waħda mill-inqas popolari ma’ min mhux imdorri biha. Dan għaliex, fejn aħna fuq is-siġra ndendlu blalen u stilel u dwal, l-Ukreni jżejnu s-siġra b’għanqbut. Din id-drawwa ssib il-bidu tagħha minn leġġenda dwar mara fqira li ma kellhiex biex iżżejjen is-siġra għal ulieda… il-brimb tħassruha, u tul il-lejl tal-Milied, nisġu għanqbuta kbira li ksiet is-siġra kollha.
Iżda jekk dik it-tradiżzjoni ma darsitekx, parti mill-ikla tradizzjonali tal-Milied f’South Africa jista jkun taħsdek xi ftit…Waqt li ħafna madwar id-dinja jkunu qed imeximxu xi dundjan jew xi biċċa laħam oħra, it-tfal ta’ dan il-pajjiż ikunu qed jistenmew bil-ħerqa l-platt dud tal-ħarir moqli. Dak li hu magħruf bħala l-Pine Tree Emperor Moth jew il-Christmas Carerpillar jingħad li jġib xorti tajba lil kull min jieklu tul lis-sena l-ġdida.
Insomma, kull pajjiż bit-tradizzjonijiet tiegħu… u int, titħajjar għal Milied, minflok id-dundjan, tiekol ikla dud moqli?
//= $special ?>