Lokali

“Żmien li m’hu faċli għal ħadd. Inħossni mdejjaq u maħsud” – il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta esprima t-tama li f’Malta terġa’ ssaltan l-għaqda fost il-Maltin matul dan iż-żmien li fissru bħala wieħed li “m’hu faċli għal ħadd.

F’messaġġ lejliet il-Milied, il-President George Vella tenna mill-ġdid li jinsab imdejjaq u maħsud għal dak li għaddej f’pajjiżna, b’riferenza indiretta imma ċara għall-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-investigazzjoni dwar dan u l-kriżi politika li rriżultat.

Fil-messaġġ tiegħu, il-President tkellem dwar il-valuri tal-familja, li dejjem kienu importanti għall-Maltin, kif ukoll il-bżulija, u l-ġenerożità tagħna.