Lokali

Illum ‘L-Istrina’

Bħal kull sena, l-għada tal-Milied issir l-Istrina. Maratona ta’ 12-il siegħa fejn il-poplu Malti u Għawdxi jkun mistieden jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Bit-tema ‘L-Istrina, din is-sena f’idejk, matul din il-maratona diversi personalitajiet jilbsu kostumi u jkantaw jew jiżfnu ma’ kanzunetti popolari b’risq din il-kawża.

L-Istrina ta’ din is-sena hija l-ewwel edizzjoni taħt il-patroċinju ta’ George Vella hekk kif matul din is-sena beda l-kariga tiegħu bħala President ta’ Malta.

L-Istrina, bdiet f’nofsinhar u tibqa’ għaddejja sa nofsillejl fejn matul il-ġurnata Net Television se jkun qed ixandar din il-maratona sabiex jinġabru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn.