Internazzjonali

It-Turkija: Jegħrqu l-immigranti fix-Xmara Van

Mietu tal-anqas seba’ persuni meta dgħajsa mimlija bl-immigranti mill-Pakistan, Bangladesh u l-Afganistan għerqet fix-Xmara Van, lejn il-lvant tat-Turkija.

Din ix-xmara tinsab viċin il-fruntiera mal-Iran u minfejn l-immigranti ta’ spiss jaqsmu lejn it-Turkija huma u jivvjaġġaw lejn l-Ewropa. Intant, kienu salvati ftit aktar minn 60 ruħ mid-dgħajsa u li twasslu lejn l-isptarijiet u x-xelters fl-eqreb zoni max-xatt.

Fl-istess ħin ma kienx eżattament ċar għalfejn il-vittmi u l-persuni l-oħra kienu fuq id-dgħajsa, li għerqet wara li nqalbet ‘il hinn mid-distrett ta’ Adilcevaz, f’Bitlis.

It-Turkija ilha sservi bħala punt ewlieni għat-tranżizzjoni tal-immigranti li jridu jaslu fl-Ewropa u li ħafna minnhom qegħdin jaħarbu mill-vjolenza u l-persekuzzjoni f’pajjiżhom ta’ oriġini.

Ħafna minn dawn l-immigranti qed jispiċċaw jiddependu fuq it-traffikanti tal-bnedmin għal dawn il-vjaġġi huma u jaqsmu minn rotot ta’ baħar perikolużi li ġieli jiswew il-ħajja ta’ ħafna minnhom,