Lokali

Iż-Żabbarin maħsuda bil-mewt ta’ Raymond Gialanze

F’Jum il-Milied kienu bosta dawk li qamu maħsuda meta ħadu l-aħbar li ħalliena Raymond Gialanze.. fosthom il-Komunità Żabbarija.

Raymond kien għalliem, iżda fuq kollox kien magħruf bħala fotografu professjonali. Huwa kien membru fis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, fejn kien jagħti kontribut bħala soċju-onorarju u fotografu benefattur għal iżjed minn 25 sena.

F’post fuq facebook, it-tifel ta’ Raymond, Andre, sellem il-memorja ta’ missieru.

Kienu diversi l-kummenti ta’ sogħba għall-mewt ta’ Raymond, fosthom kollegi li sa jumejn ilu kien qed jiċċelebra flimkien magħhom.

Il-funeral ta’ Raymond se jsir nhar is-Sibt li ġej fit-8.30am fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.