43 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università ta’ Malta u x-Xhieda ta’ Għarfien bħala qarrejja tal-provi uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, wara li temmew b’suċċess it-tlettax-il kors universitarju f’Malta u l-ħames kors f’Għawdex. Issa, il-qarrejja tal-provi kkwalifikati fil-kitba bil-Malti jaqbżu l-500.
Dan il-kors part-time (MQF 5) hu twil sena u mfittex ħafna minn dawk li jużaw il-Malti f’xogħolhom, bħall-impjegati tas-servizz pubbliku u l-entitajiet privati, il-ħaddiema tal-kunsilli lokali u l-parroċċi, ix-xandara u l-ġurnalisti, l-għalliema, it-tradutturi, l-uffiċjali tal-komunikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet diversi, it-tradutturi, u kull min jixtieq jikteb il-Malti bla diffikultà.
L-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss, f’Malta jew f’Għawdex, huma miftuħin u jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa 10 ta’ Jannar 2020 fis-2pm, mis-sit tal-Università: https://www.um.edu.mt/courses/search?text=proof+reading.
Għal tagħrif ieħor, ara www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp jew ikteb fl-indirizz: provi-malti.arts@um.edu.mt
//= $special ?>