Internazzjonali

Tifun fil-Filippini jħalli ħerba sħiħa

Minn tal-inqas tlettax-il persuna tilfu ħajjithom f’tifun li laqat iċ-ċentru tal-Filippini fil-Jum tal-Milied. Fost il-vittmi hemm tifel ta’ 13-il sena li miet b’xokk elettriku, raġel li ntlaqat minn siġra u raġel ieħor li miet f’inċident bil-karozza.

It-tifun Phanfone, li huwa magħruf ukoll bħala Ursula, kellu saħħa ta’ 190km fis-siegħa u għamel ħerba madwar diversi gżejjer.

Iktar min 58,000 persuna kienu evakwati minn djarhom, kif ukoll spiċċaw tħassru diversi titjiriet. Madwar 15,000 persuna spiċċaw maqbuda hekk kif kienu sospiżi bosta vjaġġi fil-port.