Sport Sport Ieħor

157 jott fil-75 edizzjoni tat-tellieqa bejn Sydney u Hobart

(Ritratt: EPA)

Total ta’ 157 jott qed jieħdu sehem fil-75 edizzjoni tat-tellieqa klassika magħrufa bħala Sydney-Hobart. Din hi waħda mill-avvenimenti ewlenin fil-kalendarju annwali tal-ibburdjar, bi tluq minn Sydney għal Hobart li hi kapitali ta’ waħda mill-gżejjer Awstraljani Tasmanja. F’temp mill-isbaħ iżda b’nuqqas ta’ riħ, mhux se jgħin biex jinkiser ir-rekord tal-korsa li twettaq minn Comanche fl-2017.

Fl-ewwel fażi ddomina d-dwell bejn l-istess Comanche u Info Track qabel mal-parteċipanti bdew ir-rotta lejn il-Gżejjer Flinden u ġibdu lejn Cape Barren. Minkejja li għadu kmieni, fil-grupp tal-ewwel postijiet hemm ukoll Scallywag u Black Jack u maqtugħ warajhom hemm Wild Oats.