Lokali

It-tensjoni fil-pajjiż qed tħalli effett negattiv fuq in-negozji – PN

Illum aktar minn qatt qabel, il-konsumatur jibża’ għal flusu u minħabba l-incertezza u t-tensjoni politika fl-arja ma hawnx is-sentiment ta’ fiduċja li n-negozju tajjeb għandu bżonn.

Fi stqarrija, maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed u n-Negozji ż-Żgħar Edwin Vassallo stqarr li Quddiem dan kollu l-PN iwiegħed li jagħmel kull ma jista’ sabiex jaħdem l-ewwel u qabel kollox biex f’pajjiżna terġa’ tinhass il-fiduċja li n-negozji għandu bżonn.

Il-PN qed jaħdem biex jassigura li f’pajjiżna terġa’ tirrenja l-korrettezza politika u governanza serja u ġusta sabiex jinħoloq aktar xogħol u jkunu salvati l-impjiegi kollha maħluqa bl-investiment li ra pajjiżna. Din hija il-viżjoni tal-PN; li jerġa’ jibni l-pajjiż mill-ġdid biex jitkattar il-ġid, jinħoloq aktar xogħol, ikun imħares il-valur ambjentali u nsaħħu l-ġustizzja u d-demokrazija fi stat fejn ma għandekx bżonn il-korruzzjoni biex taħdem, tinqeda u tikber fil-ħiliet tiegħek. Pajjiżna jixraqlu aħjar.