Lokali

Jekk int allerġiku għall-karawett tikkunsmax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva, l-imsemmijin prodotti ma għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni allerġiċi għall-karawett peress li nstab li jista’ jkun fihom karawett li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.   

Il-kumpanija involuta qeda twaħħal tikketti fuq il-prodotti involuti biex tinnotifika l-preżenza ta’ karawett, iżda peress li l-prodotti laħqu waslu għand il-konsumatur l-Ispettorat tas-Saħħa qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku kif dejjem jsir f’dawn l-okkażjonijiet.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.