Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 31 sena residenti l-Fgura inżammet l-Isptar issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.15a.m. fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Mill-ewwel investigazzjoni li saret mill-Pulizija tad-Distrett jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Kalkara u BMW misjuqa minn raġel ta’ 26 sena ta’ nazzjonalita’ Taljana residenti ż-Żurrieq. Il-mara kienet passiġġieri fil-karozza Yaris.

Konsegwenza tal-ħabta, il-karozza Yaris baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl. Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Iż-żewġ sewwieqa ma weġġgħux.