Tinġabar is-somma ta’ €6,214,190 waqt l-Istrina

Tinġabar somma sabiħa  ta’ aktar minn sitt miljuni u mitejn elf ewro waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Maratona l-Istrina, li nżammet ilbieraħ sa tard filgħaxija

Għal sena oħra, din il-Maratona nżammet fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop u nfetħet mill-President ta’ Malta George Vella

F’diskors li għamel fl-għeluq tal-maratona, il-President George Vella stqarr kif jinsab emozzjonat u ferħan għax minkejja iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa, irnexxilha tinġabar somma sabiha.