Sport Sport Ieħor

Il-ġlieda bejn Deontay Wilder u Tyson Fury se terġa’ ssir fi Frar li ġej

(Ritratt: Getty Images)

It-tieni ġlieda bejn Tyson Fury kontra r-rebbieħ tat-titlu dinji tal-World Boxing Council Deontay Wilder se ssir f’Las Vegas fit-22 ta’ Frar li ġej. Fury li għandu 31 sena kien spiċċa fi draw kontra l-Amerikan Wilder f’Diċembru tal-2018 biex b’hekk Wilder baqa’ mhux megħlub.

Wilder li għandu 34 sena, se jkun qed jiddefendi t-titlu dinji WBC u fuq twitter qal li se jkun qed jispiċċa dak li beda. Fuq in-naħa l-oħra fuq Intagram, Fury ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jarawh jagħti knock-out lil Wilder.

L-Amerikan qal f’Ġunju li għadda li kien iffirmat ftehim għat-tieni ġlieda iżda kien qal li din isseħħ wara l-ġlieda kontra Luis Ortiz f’Novembru li għadda, b’Wilder joħroġ rebbieħ. Fury kien għeleb lil Tom Schwarz f’Ġunju li għadda iżda sofra daqqa ħdejn għajn minnhom wara li għeleb lill-Iżvediż Otto Wallin f’Settembru. Dan il-fatt kien daħħal f’dubju li l-ġlieda bejniethom setgħet tkun posposta.

Fury saħaq li jixtieq li jkollu ġlieda oħra qabel jiġġieled kontra l-Ingliż Anthony Joshua, li għandu t-tliet titli l-oħra IBF, WBO u WBA. Joshua għamel l-offerta għaliex iħoss li Fury jkun aktar lest minn Wilder biex jasal għal ftehim għat-titli kollha, dejjem jekk jirbaħ it-titlu WBC. Sa issa fid-diviżjoni tal-heavyweight, l-ebda boxer għadu ma kellu l-erba’ titli l-kbar tad-dinja.