Miet wieħed minn tim ta’ persuni li f’Ġunju tas-sena li għaddiet salvaw skwadra tal-futbol li nqabdet f’għar mgħarraq bl-ilma tax-xita fit-Tajlandja.
Wara l-ħidma ta’ salvataġġ li kien involut fiha, Beirut Pakbar beda jsofri minn infezzjoni fid-demm li eventwalment iggravat u wasslet għall-mewt tiegħu.
Pakbar, li kien jifforma parti min-Navy Seal tat-Tajlandja, b’hekk sar it-tieni vittma minn fost skwadra ta’ salvataġġ li ħelset lit-tfal ta’ bejn il-11 u s-16-il sena kif ukoll lill-kowċ tagħhom.
//= $special ?>