Kumpanija tal-kostruzzjoni li kienet qed tagħmel xi xogħol fil-kwartieri tas-Servizzi Sigrieti tar-Renju Unit tilfet dokumenti sensittivi dwar l-istess binja.
Għalkemm mhux klassifikati, dawn id-dokumenti tal-Gvern Ingliż huma sensittivi għax juru l-pjanti tal-binja.
Uħud minn dawn id-dokumenti nstabu iżda oħrajn għadhom mitlufa, bl-uffiċjali jesprimu t-tħassib li dawn jistgħu jkunu minjiera f’idejn aġenti avversarji jew saħansitra terroristi.
//= $special ?>