Internazzjonali

L-awtoritajiet tal-Urugwaj jaqbdu sitt tunnellati ta’ kokaina

Qabda rekord ta’ droga mill-awtoritajiet fl-Urugway li rnexxielhom jissegwestraw iktar minn sitt tunnellati ta’ kokaina.

Id-droga nstabet fil-port ta’ Montevideo, bl-uffiċiċjali jsibu iktar minn 4.4 tunnellati ta’ kokaina moħbija fi xkejjer tad-dqiq. Iktar tard, f’razzett insabet tunellata u nofs oħra ta’ droga f’dak li jidher li hu każ relatat.

Jidher li d-droga, b’valur ta’ madwar $1.3 biljun kienet sejra lejn il-kapitali tat-Togo. Il-qabda tkompli tikkonferma li l-Urugway sar port ta; tranżizzjoni għad-droga destinata lejn l-Amerika Latina, l-Ewropa u l-Afrika.

F’dik li qed titqies bħala l-ikbar daqqa ta’ ħarta għat-traffikanti tad-droga fl-istorja tal-pajjiż, kienu nvoluti uffiċjali navali kif ukoll dawk tad-dwana.