Splużjoni fil-kapitali tas-Somalja qatlet mill-inqas 20 persuna u weġġgħet għexieren, fost nuqqas ta’ sigurtà persistenti fl-Afrika.
L-għexieren ta’ midruba ttieħdu l-Isptar Medina b’numru kbir ta’ ambulanzi.
Is-Sindku ta’ Mogadiscio, Omar Muhamoud qal ikkonferma mill-inqas 90 persuna, fil-maġġoranza tagħhom studenti, weġġgħu fl-isplużjoni. Il-pulizija ma kinux aċċessibbli għall-kummenti dwar in-numri tal-vittmi filwaq li l-awtoritajiet tal-gvern qalu lil dawk fil-qasam mediku biex ma jiżvelawx figuri kif għamlu fil-passat, u l-ġurnalisti huma pprojbiti milli jmorru jsaqsu għan-numri.
Ħadd s’issa ma refa’ ir-responsabbiltà għall-dan l-attakk, iżda l-grupp Iżlamiku marbut ma’ Al Qaeda, li jrid li l-gvern appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti jwarrab, regolarment iwettaq ali attakki.
Is-Somalja ilha b’numru ta’ kunflitti sa mill-1991, meta kien tkeċċa d-dittatur Siad Barre.
//= $special ?>