Aħbar kerha fi tmiem is-sena 2019, hekk kif raġel ta’ 67 sena residenti l-Mellieħa tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident fil-Gudja.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet sfat milquta minn vettura fi Triq Bir Miftuħ (viċin id-daħla tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta).
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni, ir-raġel, safa’ milqut minn vettura tat-tip Mercedes Benz E220D. Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>