Lokali

Botti, risposti u jinsew lil Malta

Iż-żewġ kandidati għal-mexxej ġdid tal-Partit Laburista bil-wegħdi tagħhom, bil-botti u risposti lejn xulxin iżda fuq kollox moħħhom biss fil-Partit Laburista u mhux f’Malta u kif se joħorġu lil pajjiż mill-kriżi li l-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat daħħalna fiha.

Għal darb’oħra, il-kandidat biex jieħu post Joseph Muscat… il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, f’attività fiż-Żejtun, f’attentat biex jirbaħ il-voti tal-militanti Laburisti reġa’ aktar kien moħħu fil-Partit Laburista milli f’Malta, anke fi żmien fejn Malta sfortunatament tinsab fi kriżi kawża tal-istess Partit Laburista li fit-tmexxija spalla ma spalla ma’ Muscat kien hemm Fearne.

Filwaqt li Chris Fearne għal darb’oħra kkonferma li se jkabbar l-ispiża fuq il-poplu Malti billi l-akbar Kabinett fl-istorja ta’ Malta jkompli jkabbru, Robert Abela saħaq li jrid iħalli lin-nies jiddeċiedu u mhux se joqgħod iwiegħed ministeru lil kulħadd.

Dan filwaqt li fl-attività ta’ Robert Abela kien mistieden jitkellem Manuel Cuschieri b’messaġġ ċar li ma jridx li l-Partit Laburista jinbidel, messaġġ li ntlaqa’ minn ċapċip ta’ Robert Abela.

Ma naqsux ukoll l-attakki diretti fil-konfront tal-kandidat avversarju.