Yorgen Fenech għadu qed jittama li jingħata l-maħfra presidenzjali, iżda jekk din ma sseħħx, l-avukati tiegħu se jkunu qed iressqu talba li hu jikkopera bl-iskop li jkollu tnaqqis fis-sentenza.
Din it-talba twassal biex Yorgen Fenech jammetti li hu ħati, kif ġie rraportat mill-gazzetta The Malta Independent on Sunday. Li l-avukati ta’ Fenech jippatteġġjaw fuq il-pina mistenna ssir fil-ġimgħat li ġejjin.
Fl-aħħar ta’ Novembru, l-avukati ta’ Fenech kienu talbu lil Qorti biex tiddikjara d-deċiżjoni tal-kabinett li m’aċċettawx il-maħfra presidenzjali bħala illegali. Il-każ għadu għaddej fil-Qorti.
Sorsi qalu lil gazzetta li l-maħfra presidenzjali ma ngħatatx lil Fenech hekk kif il-verżjoni tiegħu ta’ kif ġraw l-affarijiet mhux dejjem qablu ma’ verżjonijiet passati tiegħu stess.
Sorsi oħrajn qalu li minkejja li l-verżjoni ta’ Fenech kienet inkonsistenti, il-fatt li fis-sitwazzjoni hemm il-korruzzjoni u ħasil tal-flus kapaċi twassal biex Fenech xorta waħda ma jieħux il-maħfra presidenzjali.
Hekk kif Muscat ħadem mill-qrib ma’ Keith Schembri, dan iwassal biex Muscat ma jaċċettax il-maħfra presidenzjali biex jipproteġi lil dawk l-iżjed qrib tiegħu. Fil-fatt, Fenech kien qal li jekk jingħata l-maħfra presidenzjali hu kellu informazzjoni fuq l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri.
Fenech saħaq li hu għandu d-dritt li jinstema’ b’mod ġust u ‘l bogħod mill-intħil politiku. Hu qal ukoll li Schembri prova jwaqqaf lil Fenech milli jixhed kontrih permezz ta’ persuna terza.
Yorgen Fenech kien saħansitra talab lil President ta’ Malta, George Vella biex itih il-maħfra presidenzjali iżda l-uffiċju tiegħu qatt ma ħareġ tweġiba. Madanakollu, esperti legali saħqu li l-President ta’ Malta ma jistax jgħati l-maħfra b’mod dirett.
Intant, l-istess gazzetta kkonfermat li servizzi lokali kapaċi jsibu l-mobile mitluf ta’ Keith Schembri. Dan biex fl-aħħar mill-aħħar ikun qed jgħin lil pulizija biex isibuh u jkomplu f’xogħolhom.
Waqt kawża fil-Qorti ħareġ li Schembri rrifjuta li jgħati lil Pulizija l-password tiegħu ta’ iCloud, liema informazzjoni kapaċi twassal biex ikollhom l-aċċess għad-data tal-mobile.