Lokali

Fil-Periklu tal-mewt wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Żewġ nisa ittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienu involuti f’inċident stradali f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs tas-Sibt filgħaxija meta il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq it-Turisti kantuniera ma’ Triq Għawdex seħħet ħabta bejn żewġ vetturi u hemm xi nies feruti.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip BMW X3 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Hyundai Getz misjuqa minn raġel Taljan ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Iż-żewġ nisa – mara Taljana ta’ 80 sena residenti l-Gżira u mara li s’issa l-identità tiegħha għadha mhux magħrufa – kienu passiġġiera fil- Hyundai Getz.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lin-nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ta’ 80 sena ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara l-oħra ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.