Erling Braut Haaland iffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs ma’ Borussia Dortmund wara li l-klabb Ġermaniż ħallas il-klawsola minima tiegħu ta’ €21 miljun. B’hekk huma għelbu l-isfida ta’ diversi klabbs Ewropej fosthom Manchester United u Juventus.
L-attakkant ta’ 19-il sena spikka f’dan l-istaġun għal Red Bull Salzburg. Hu skorja 28 gowl fi 22 logħba, fosthom tripletta fid-debutt fil-UEFA Champions League kontra ċ-champions Ewropej Liverpool.
Id-Direttur Sportiv tal-klabb Michael Zorc qal li jinsabu ħerqana li jaraw lil Haaland jiżviluppa t-talenti tiegħu ma’ Borussia Dortmund. Hu żied li fl-età ta’ 19-il sena, Haaland jinsab fil-bidu ta’ dak li jittama li tkun karriera mill-aqwa.
