Futbol Sport

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo llum mistieden fl-aħħar programm Replay tal-2019

Illum fit-8.15pm fuq Net Television jixxandar l-aħħar programm Replay għas-sena 2019. Il-mistieden fil-programm tal-lum hu l-President tal-MFA Bjorn Vassallo, f’dik li hi l-ewwel dehra tiegħu fi programm televiżiv minn kemm ilu li sar President tal-assoċjazzjoni.

Fost it-temi li se jkunu diskussi, se jkun hemm il-ħatra ta’ kowċ ġdid tat-nazzjonali Malti u l-istrutturi li Vassallo kien qed jaħdem fuqhom f’dawn ix-xhur biex mis-sena d-dieħla jibda jitħaddem il-programm li bih ġie elett. Il-programm għandu preżentazzjoni ta’ Christian Micallef flimkien mal-mistieden residenti Konrad Sultana.