Sport

Julian Pace Bonello u Szilveszter Csollány fl-aħħar programm Sport Extra tas-sena

Julian Pace Bonello intervistat minn Charles Camenzuli

Illum fl-4.50pm fuq Net Television jixxandar l-aħħar programm Sport Extra għas-sena 2019. Fl-ewwel parti, flimkien mal-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello, analiżi dwar dak li twettaq fl-2019.

B’mod partikolari spikkaw il-parteċipazzjoni internazzjonali fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f’Montenegro, il-Mediterranean Beach Games f’Patras, it-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew f’Minsk u l-EYOF Games f’Baku kif ukoll dwar Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-Olimpjadi f’Tokyo s-sena d-dieħla.

Fit-tieni parti, intervista esklussiva ma’ Szilvester Csollány, rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-ġinnastika fl-Olimpjadi ta’ Sydney fl-2000 kif ukoll wieħed mill-aqwa ġinnasti ta’ kull żmien.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati minn Bernie Dimech u muntaġġ tas-servizz minn Samira Cachia Spiteri.