Is-sena 2019… Mill-akbar distakk għall-akbar kriżi… From Hero To Zero… End of Muscat.
Il-gazzetti tal-Ħadd kollha b’messaġġ wieħed. Messaġġ li juri kif is-sena 2019 kienet waħda li tefgħet lil Partit Laburista għan-niżla.
Fil-gazzetta ‘Illum’ ġie spjegat kif l-2019, is-sena li tat lil Muscat u l-labour l-akbar rebħa elettorali, kienet l-istess sena li daħlitu fl-akbar sqaq u tagħtu l-ikbar tisbita
Fost in-nies li ħadu l-akbar daqqiet din is-sena, insibu lil Keith Schembri, l-Eks Chief of Staff ta Muscat, bniedem li kollox kien idur miegħu. Filli wieħed mill-aktar persuni importanti f’kastilja filli kellu jibgħat ittra tar-riżenja tiegħu u jikkanċella it-tessera tiegħu mal-labour.
Id-daqqa li ħa Schembri, tat daqqa lil Konrad Mizzi… persuna li kienet qrib tiegħu tant li flimkien fetħu kumpanija sigrieta fil-panama. Id-daqqa tant kienet kbira… li Mizzi spiċċa biex irriżenja minn Ministru tat-Turiżmu, ironikment fl-istess ġurnata li rriżenja Schembri.
Daqqa oħra kienet dik lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan minħabba nuqqas ta’ komunikazzjoni f’dak li kien qed jiġri f’pajjiżna fl-aħħar xhur u biex tkompli tgħaxxaq… kemm Fearne u anke Abela iddikjaraw li se jkunu qed ibiddlu il-Kummisjarju tal-pulizija, minkejja l-ippużar miegħu fl-aħħar sigħat.
Malta ta’ Muscat.. spikkat fi kriżi kbira fl-2019, dan ħareġ fil-Gazzetta Malta Today… Il-gazzetta tkompli tgħid kif Muscat żamm mistur sigriet enormi matul din is-sena u wkoll żamm miegħu lil ħabib tal-persuna allegata komplici fl-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia.. Keith Schembri.. li waqt li kien fi triqu lejn il-qorti ħa l-kreditu għar-rebħ tal-Partit Laburista f’dawn l-aħħar elezzjonijiet.
Muscat jinsab umiljat u abbandunat mill-alleati soċjalist fl-Ewropa.
F’Ottubru Muscat kien kunfidenti biex iwaqqaf spekulazzjonijiet li dan il-baġit kien l-aħħar wieħed tiegħu. Hu għamilha ċara li ma kellux l-ebda intenzjoni li jwarrab fl-2020.
Malli sar l-arrest ta’ Yorgen Fenech, Muscat baqa’ jsostni li se jiqa’ Prim Ministru sakemm jissolva il-każ filwaqt li jilgħaba li l-awtoritajiet qed jaħdmu waqt li l-Kummisarju ma deher imkien.. u li għandu d-dmir li jissolva l-każ…Iżda Muscat ma damx ma biddel fehmtu… għax skont hu issa huwa l-mument li hemm bżonn li jinħatar Prim Ministru gdid.
Permezz ta’ messaġġ irrekordjat, Muscat għażel li minflokk ma jwarrab immedjatament se jkun qed jirriżenja f’Jannar skontu, għax hekk hemm bżonn..
Ironikament, l-iktar ħaġa li Muscat kien jimpurtah minnha, il-legat tiegħu, se tibqa’ imfakkra iżda mhux kif xtaq hu.
Minn naħa tal-ġurnal The Malta Independent… is-sena 2019 tefgħet lil Muscat ‘From Zero to Hero’.. fi ftit xhur Muscat spiċċa biex iħabbar ir-riżenja tiegħu taħt id-dell ta’ protesti ta’ kuljum u skrutinju internazzjonali intens…
Il-ġurnal ikompli jgħid kif kienu żewġ affarijiet li bihom ħa daqqa il-partit laburista. L-ewwel waħda l-fatt li il-Labour kien dejjem jgħid li ser jagħmel minn kollox biex isolvi l-każ tal-assassinju tal-ġurnalista DCG iżda fl-istess waqt kull filgħodu kienu jintbgħatu ħaddiema tal-gvern inehhu fjuri u xemgħat minn quddiem il-mafkar tal-ġurnalista.. It-tieni ħaġa kienet li Muscat baqa’ sal-aħħar jiddefendi lil Mizzi u lil Schembri – l-aktar lil dan tal-aħħar li baqa’ jiddefendih akkost ta’ kollox.
//= $special ?>