Diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex reġgħu jinsabu bla dawl għat-tieni darba fi ftit sigħat. Mhux magħruf kemm se jippersisti dan il-qtugħ
Postijiet oħra, fosthom ir-Rabat, Ħad-Dingli u l-Imdina, qattgħu kważi sigħat bla dawl iktar kmieni mal-ġurnata.
Lejliet, il-Ħadd wara nofsinhar, diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex wkoll kienu bla provvista ta’ dawl. F’xi każi dan ippersista għal iktar minn sagħtejn.
Dan seħħ kemm il-darba fl-aħħar ġimgħat. Minkejja li ntefqu miljuni ta’ ewro fil-powerstation u wiegħdi kontinwi mill-Gvern, xorta waħda l-problemi fil-provista tad-dawl qed jippersistu.
//= $special ?>