Lokali

Minn Ruma għal Bethlehem u Dubai… u minn hemm għal Londra

Joseph Muscat għażel li jqatta’ l-aħħar ġimgħat tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta, barra minn Malta.

Dan minflokk irriżenja b’mod immedjat kif kien imsejjaħ jagħmel minn bosta entitajiet, is-soċjetà ċivili u l-Parlament Ewropew.

Net News jinsab infurmat li Muscat se jasal lura Malta minn Dubai għada, it-30 ta’ Diċembru pero ma tantx se jdum Malta hekk kif jidher li se jerġa’ jsiefer lejn Londra.

Dan se jkun ir-raba pajjiż li se jżur il-Prim Ministru f’temp ta’ ftit ġimgħat bi żjara waħda biss tkun uffiċjali.

Min meta ħabbar li se jwarrab f’nofs Jannar, Muscat mar il-Vatikan jiltaqa’ mal-Papa fi żjara li ma kienetx uffiċċjali kif normalment tkun żjara ta’ Prim Ministru mal-Papa.

Ftit wara, Joseph Muscat intlemaħ f’Bethlehem fejn qatta’ il-Milied hemmek.

Fl-aħħar ħinijiet, Muscat flimkien mal-familja mar Dubai u filwaqt li bħalissa jinsab hemmek, hu jasal għada u jerġa’ jitlaq lejn Londra fit-2 ta’ Jannar.

Dan l-aħħar Joseph Muscat mhux biss kien fil-midja għal mod kif daħħal il-pajjiż fi kriżi iżda anke għal rigali ta’ eluf ta’ Ewro li irċieva mill-persuna allegatament kompliċi fl-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Madanakollu, minflokk irriżenja jew refa’ responsabiltà Joseph Muscat għażel li jsiefer fuq li jsiefer.