Lokali

Muscat qiegħed iħares l-interessi personali tiegħu minflok dawk nazzjonali

Joseph Muscat qiegħed ta’ kuljum juri li Malta hija f’qalbu biss bil-kliem mhux bil-fatti.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista hekk kif kompla jgħid li minflok ma jitlaq b’mod immedjat sabiex iħalli lill-pajjiż jirkupra mill-agħar kriżi politika li laqtet lil Malta matul dawn l-aħħar 40 sena, qiegħed ikompli jittrateni. Dan sabiex jibqa fil-kontroll tal-istituzzjonijiet filwaqt li hu u sħabu jibqgħu jevadu l-ġustizzja.

Il-kriżi politika u istituzzjonali li ġab fuq Malta Joseph Muscat, qegħda tolqot b’mod negattiv ukoll lin-negozji, li minħabba s-sens ta’ inċertezza u tensjoni li ħakem lill-pajjiz, il-kummerċ li fuqu jiddependu għall-għajxien tagħhom jinsab mhedded.

Minbarra l-impatt negattiv fuq n-negozju, bid-decizjonijiet tiegħu Muscat qiegħed jimmina wkoll l-ġustizzja. Din qed tigi kontinwament ostakolata fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għaliex filwaqt li taħt it-tmexxija tiegħu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jinsab taħt investigazzjoni, Muscat għadu qed jokkupa l-istess uffiċċju.