Il-leader tat-Tazza tad-Dinja Mikaela Shiffrin rebħet it-tieni tellieqa ta’ tmiem il-ġimgħa f’Lienz, hekk kif għelbet lil Petra Vlhova fis-slalom. Shiffrin rebħet il-giant slalom is-Sibt biex pattiet għad-diżappunt ta’ ġimgħa qabel.
L-Amerikana għamlet ħin impressjonanti fiż-żewġ tlielaq ta’ 1:48.89 u spiċċa 0.61 ta’ sekonda qabel Vlhova. Din hi t-43 rebħa ta’ Shiffrin fis-slalom u laħqet lil Lindsey Vonn fil-klassifika tal-aktar rebħiet minn mara f’dixxiplina individwali. Vonn kisbet it-43 rebħa fid-downhill.
“Kont qed nimbotta kemm stajt u ma tantx niftakar x’ġara fil-prestazzjoni imma kienet tajba.” Shiffrin kompliet tgħid li kienet taf li kellha tagħti l-110% biex tirbaħ.
L-Iżvizzera Michelle Gisin kompliet l-ewwel tlieta biex aċċertat mill-ewwel podju f’Tazza tad-Dinja filwaqt li l-Awstrijaka Katharina Liensberger kompliet it-tmiem il-ġimgħa tajba tagħha meta temmet fir-raba’ post.
//= $special ?>