Lokali Qorti

Turist akkużat li attakka Pulizija

Turist ingħata sentenza sospiża u multa ta’ €1,300 wara li kien akkużat li attakka Pulizija f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ fit-28 ta’ Diċembru hekk kif it-turist, Żvizzeru, Ricardo Javier Ordonez kien fuq btala f’Malta. Hu tressaq il-Qorti akkużat li ħebb u m’obdiex l-ordinijiet tal-Uffiċjal tal-Pulizija, kiser il-paċi pubbika, kien fis-sakra f’post pubbliku u kkaġuna ħsara fuq propjetà privata.

Hu kien akkużat wkoll li kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis.

Hu deher quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea filwaqt li deher għalih l-avukat Simon Micallef Stafrace. Bl-għajnuna tal-avukat tiegħu, hu wieġeb mhux ħati.

Il-Qorti kkundannatu 8 xhur ħabs sospiżi għal sentejn u ngħata multa li għandu jħallasha f’pagamenti ta’ €300 fix-xahar.