Lokali

Bħal Schembri u Muscat … anke Neville Gafà jinsab imsiefer

Neville Gafà, il-konsulent tal-Gvern li ta’ spiss kien iżur il-villa ta’ l-Eks Chief of Staff ta’ Muscat Keith Schembri, bħal Schembri innifsu f’dan iż-żmien fejn bosta nies viċin il-Prim Ministru qed jissemmew fil-kumpilazzjoni tal-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia jinsab ukoll imsiefer.

Isem Gafà qiegħed kontinwament taħt il-lenti – persuna li huwa viċin ferm Kenneth Camilleri, l-eks Pulizija u security ta’ Muscat illi allegatament kien jgħaddi informazzjoni lil Melvin Theuma rigward l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Minkejja li ismu qed jissemma bħal ma’ qed jissemmew diversijiet ismijiet u minkejja li l-investigazzjoni għadha għaddejja, Neville Gafà bħal Keith Schembri tħalla iħalli lil Malta. Skont informazzjoni li kiseb Net News jidher li Neville Gafà ħalla Malta ilbieraħ dan filwaqt li Muscat se jasal minn Dubai illum u jerġa’ jitlaq Londra fil-ġranet li ġejjien

Neville Gafà ilu figura ċentrali fil-Partit Laburista, u huwa parti miċ-ċirku ta’ nies magħrufa li jkunu qrib ferm ta’ Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Gafà kien implikat fl-iskandlu tal-visas mediċi lil numru ta’ refuġjati Libjani fejn eventwalment kien tkeċċa mill-Ministeru tas-Saħħa.