Lokali

Il-Ministru Joe Mizzi ma jeskludix li fil-jiem li ġejjin jintefa’ xi impjant

Il-Ministru Joe Mizzi (ritratt: Martin Agius)

Wara t-tieni qtugħ tad-dawl fi ftit sigħat, mifrux madwar pajjiżna, u r-raba’ episodju simili fl-aħħar jiem, il-Ministru Joe Mizzi imbarka f’kampanja biex jidher ħelu.

Tant hu hekk limar fuq l-istazzjon nazzjonali fejn mill-ġdid waħħal fl-interconnector u qal li l-ħsara mhux se tissewwa’ f’ġurnata jew f’ġimgħa.

Joe Mizzi saħansitra qal li fil-jiem li ġejjin se jibqa’ jkun hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku, bil-Ministru jwissi li jista’ jieqaf xi impjant.

Iżda minkejja l-iskużi tal-Ministru Mizzi, huma l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin li qed jaffaċċjaw ir-realtà.