Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sellem il-memorja ta’ Prospero Grech, li għadu kif miet fl-età ta’ 94 sena. Il-Kardinal Grech kien it-tieni kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika Rumana.
Il-Kardinal Grech twieled fl-24 ta’ Diċembru 1925 u kien jifforma parti mill-Ordni Agostinjan. Saħansitra kien wieħed mill-fundaturi tal-Istitut Patristiku Agostinjan f’Ruma. Fl-2012 inħatar kardinal mill-Papa Benedettu XVI.
Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari u għeżież tal-Kardinal Prospero Grech.
//= $special ?>