Għadu kif tħabbar li t-Tnejn waranofsinhar ħalla din id-dinja t-tieni kardinal li qatt kellu pajjiżna fl-istorja tiegħu; Prospero Grech,
Sitt ijiem wara li kien għadu kif għalaq 94 sena fil-lejl tal-Milied, it-Tnejn tħabbret il-mewt tat-tieni Kardinal Malti fl-istorja, Prospero Grech. Il-Patri Agostinjan ittieħed l-isptar fl-Italja fejn ħalla din id-dinja ftit tal-ħajja.
Patri Prospero Grech twieled fil-Birgu fl-24 ta’ Dicembru 1925. Ingħaqad mal-Ordni Agostinjan fl-1943 u seba’ snin wara, ġie ordnat saċerdot f’San Giovanni in Laterano f’Ruma.
Grech studja l-filosofija fil-Monasteru ta’ San Mark fir-Rabat u t-teologija fil-Kullegg ta’ Santa Monika f’Ruma. Fil-lista impressjonanti ta’ kisbiet akkademici tieghu hemm Dottorat fit-Teologija mill-Universita` Gregorjana f’Ruma, filwaqt li studja anke f’Oxford u Cambridge. Fl-1970, flimkien ma’ Patri Agostino Trape’, waqqaf l-Istituto Patristico Augostinianum f’Ruma. Hu ghandu bosta kitbiet u pubblikazzjonijiet.
Fit-13 ta’ Diċembru 2011, Grech inħatar Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu waqt l-għoti tal-unuri ta’ Jum ir-Repubblika mill-istat Malti.
Patri Prospero Grech huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja. L-ewwel Kardinal Malti kien il-Belti Fabrizio Sceberras Testaferrata li kien inhatar Kardinal mill-Papa Piju VII fl-1818.
Malta, Prospero Grech OSA, propja 6 ijiem wara li għalaq 94 sena.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej….