Internazzjonali

Se jtemmu s-sena f’Hong Kong bil-protesti…

L-attivisti favur id-demokrazija f’Hong Kong se jtemmu l-2019 b’aktar dimostrazzjonijiet ta’ protesta li se jsiru fl-aħħar jum tas-sena u fi sbieħ l-2020. Dan bil-ħsieb li jitħarbtu l-festi u l-attivitajiet kummerċjali fil-hub finanzjarju tal-Asja, wara ġimgħat ta’ konfronti vjolenti bejn id-dimostranti u l-pulizija għal kontra l-irvellijiet.

Il-konfronti reġgħu ħadu spinta minn wara l-Milied u d-dimostranti, issa, qegħdin iħejju azzjonijiet ta’ sfida lill-awtoritajiet fiz-zoni prinċipali ta’ Hong Kong li jinkludu d-distrett ta’ Lan Kwai Fong (famuż għall-parties), flimkien mal-inħawi qrib Victoria Harbour u l-kumplessi tax-xiri popolari.

L-għajta tad-dimostranti hi biex huma juru l-għaqda bejniethom ‘ma sbieħ is-sena’ flimkien mar-rieda qawwija ‘biex jirreżistu lill-Gvern u joħorġu fit-toroq għall-futur ta’ Hong Kong’.