Juventus jinsabu viċin ħafna li jakkwistaw lil Dejan Kulusevski. Fis-sigħat tal-bieraħ jidher li d-diriġenza ta’ Juventus għamlet il-pass neċessarju biex tilħaq ftehim mal-plejer li hu proprjetà ta’ Atalanta u bil-flokk ta’ Parma ssorprenda lil kulħadd. Sa issa f’dan il-kampjonat hu skorja erba’ gowls minn 17-il logħba.
Iċ-champions Taljani laħqu ftehim fuq somma ta’ €35 miljun flimkien ma’ €10 miljuni bonus filwaqt li Kulusevski se jkollu kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €2 miljun kull staġun. Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li Juventus huma lesti li jixtru l-plejer u jħalluh b’self ma’ Parma. B’hekk jidher li Juventus issuperaw l-isfida ta’ Inter li wkoll kienu interessati fiż-żagħżugħ ta’ 19-il sena.
//= $special ?>