Sport Sport Ieħor

Żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker fil-bidu ta’ Jannar

Is-sena 2020 se tibda fuq nota impenjattiva għall-assoċjazzjoni Maltija tal-Billiards u Snooker hekk kif flimkien mal-World Snooker Federation se jkunu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments  internazzjonali tas-snooker f’pajjiżna.

L-ewwel tournament se jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Jannar. Dan se jkun Kampjonat ta’ taħt is-17-il sena li fih se jipparteċipaw madwar 60 plejer minn madwar id-dinja fosthom iż-żewġ plejers Maltin Matthias Debono u Luke Pace.

It-tieni tournament hu l-Malta Open li se jsir bejn l-10 u s-17 ta’ Jannar. B’kollox se jipparteċipaw 160 plejer minn madwar id-dinja, fosthom eks plejers professjonali bħal Tony Drago, Duncan Bezzina, Brian Cini, Aaron Busuttil u Philip Ciantar.

Ir-rebbieħa jirbħu tour card valida għal sentejn biex jipparteċipa f’tournaments internazzjonali. Il-logħob se jkunu kkontrollati minn referees barranin u Maltin. Il-logħba se jsiru fl-Akkademja tal-MBSA fil-Ħamrun, bil-fażi finali jintlagħbu fis-San Antonio Hotel fil-Qawra u l-logħob se jixxandru  b’mod dirett.