Lokali

Għada jsir il-funeral tal-Kardinal Prospero Grech

Għada filgħodu, f’Ruma mistenni li jsir il-funeral tal-Kardinal Prospero Grech li miet it-Tnejn li għadda fl-età ta’ 94 sena.

Dan waqt li l-Provinċja Agostinjana Maltija għadha għaddejja bit-tħejjijiet għall-funeral tal-Emminenza Tiegħu, li mistenni li jsir f’Malta.

Preżenti għall-funeral f’Ruma mistenni li jkun hemm l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech u il-President ta’ Malta, George Vella, fost oħrajn.

Il-ġisem tal-Kardinal Grech ilbieraħ ittieħed lura l-Kulleġġ Internazzjonali Santa Monika fejn l-istess Kardinal għex il-parti l-kbira ta’ ħajtu. Hemmhekk huwa tqiegħed għar-rispett tal-aħwa u ta’ dawk kollha li marru jagħtuh l-aħħar tislima.

Fil-jiem li ġej, il-ġisem tiegħu se jkun qed jinġib Malta biex isirlu funeral ieħor f’pajjiżna. Wieħed se jkun jista’ ukoll jgħatih l-aħħar tislima.