Il-Papa Franġisku spiċċa f’nofs inċident mhux tas-soltu fejn deher jitlef is-sabar ma’ mara li eżaġerat fil-konfront tiegħu. Dan seħħ waqt li hu kien qed jingħata l-awguri mingħand id-devoti fi Pjazza San Pietru ta’ Ruma.
Fl-inċident, li seħħ f’Lejliet is-Sena l-Ġdida, il-Papa kien qed idur u jieħu b’idejn in-nies meta mara partikulari ġibtidlu idejh b’ċerta qawwa — u bil-Papa, li deher viżibbilment maħsud u urtat, jinqala’ minn magħha bil-herra.
Madankollu, il-Papa, illum, waqt id-diskors fi Pjazza San Pietru, ammetta li kien tilef is-sabar fiċ-ċirkustanzi u qal li filwaqt li l-bniedem kemm il-darba jispiċċa f’dawn is-sitwazzjonijiet hu wkoll kapaċi jiżbalja b’ċerti reazzjonijiet.
Hu, fl-istess ħin, talab skuża għall-aġir tiegħu fil-konfront tal-mara li qal li, b’azzjonietu, serva ta eżempju ħażin għal ħaddieħor.
//= $special ?>